Traġedja Ħamrun: 3 persuni arrestati mill-ġdid

Miguela Xuereb

Il-Pulizija arrestat mill-ġdid lit-tliet persuni li fil-jiem li għaddew inħelsu fuq police bail. Dawn it-tlieta huma fost is-sitt persuni li ġew arrestati b’rabta mat-traġedja ta’ nhar it-Tnejn li għadda fil-Ħamrun, b’mara ta’ 54 sena titlef ħajjitha taħt it-terrapien.

Intant, wieħed mill-persuni li ġie arrestat ilbieraħ, inħeles fuq police bail.

Il-Korp insista li s-sitt persuni għadhom qed jgħinu b’mod attiv lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.

Is-sitt persuni jinkludu s-Site Technical Officer, il-perit tal-proġett, żewġ ħaddiema u żewġ kuntratturi mqabdda mill-iżviluppatur responsabbli mill-proġett.

Miriam Pace nstabet bla ħajja mirduma taħt it-terrapien wara li ċeda bini fi Triq Joseph Abela Scolaro.

Dwar il-każ hemm ukoll inkjesta maġisterjali.