Traġedja Ħamrun: 2 persuni arrestati mill-ġdid

Kwartieri tal-Pulizija - Police Headquarters Depot
Joseph Giordimaina

Żewġ persuni li nħelsu fuq police bail ilbieraħ ġew arrestat mill-ġdid mill-Pulizija b’rabta mat-traġedja fil-Ħamrun tat-Tnejn li għadda.

Fi stqarrija l-pulizija spjegat li fl-aħħar ħin, iż-żewġ persuni l-oħra li kienu arrestati nhat it-3 ta’ Marzu ngħataw il-police bail illum.

Dawn is-sitt persuni għadhom qed jgħinu b’mod attiv lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.

Is-sitt persuni jinkludu s-Site Technical Officer, il-perit tal-proġett, żewġ ħaddiema u żewġ kuntratturi mqabdda mill-iżviluppatur responsabbli mill-proġett.

Miriam Pace nstabet bla ħajja mirduma taħt it-terrapien wara li ċeda bini fi Triq Joseph Abela Scolaro.