Traġedja fil-waterpolo

Mewt traġika għal Bar Rahav ta’ 21 sena, li kien captain tat-tim tal-waterpolo ta’ Kiryat Tiv’on u kien jagħmel parti mit-tim nazzjonali Iżraeljan.
Rahav tilef ħajtu waqt attakk militari fl-istrippa ta’ Gaża.
Huwa kien għażel li jistudja biex jilħaq uffiċjal u jkompli l-karriera militari, minkejja li kellu l-possibiltà li jiġi eżentat għal raġunijiet sportivi.