Traġedja f’Texas: Jinqatlu 4 itfal u żewġ adulti

Jidher li b’kollox huma 6 il-vittmi ta’ ġlieda familjari f’Texas li spiċċat fi traġedja.  Il-ġlieda ġrat f’dar fi Spring, 25 mil ‘il bogħod minn Houston. 
Ġewwa nstabu mejta żewġ adulti u tliet itfal.  Tifel ieħor miet waqt li kien fl-ambulanza fi triqu lejn l-isptar. 
Mara li weġġgħet serjament irnexxielha tgħid llill-pulizija min wettaq din l-istraġi mdemmija. 
Tliet sigħat wara l-pulizija rnexxielha tarresta raġel li allegatament ħarab wara l-qtil. 
Il-vittmi kellhom bejn 5 snin u 40 sena.