Traġedja f’Katanja: sitt immigranti rregolari jinstabu mejta fil-baħar

Mal-kosta ta’ Katanja fl-Italja dalgħodu ittellgħu sitt kadavri ta’ immigranti rregolari. Il-kadavri nstabu fiż-żona magħrufa bħala Plaia. Huma kienu jiffurmaw parti minn grupp ta’ madwar sebgħin immigrant irregolari li kienu qed jippruvaw jiżbarkaw mal-kosta Taljana kmieni dalgħodu. Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-gwardja kostali Taljani li offrew l-ewwel għajnuna lill-immigranti fejn fosthom kien hemm ukoll nisa’ u tfal żgħar.

L-ewwel indikazzjonijiet juru li d-dgħajsa li kienu fuqha inkaljat fuq il-bajja f’Katanja. L-immigranti rregolari li ma kienux jafu jgħumu spiċċaw fil-baħar ftit metri ‘l bogħod mix-xatt. Jidher ukoll li uħud mill-immigranti riedu jilħqu x-xatt kemm jista’ jkun malajr biex ikunu jistgħu jaħarbu.

Fost dawk li salvaw mill-istess grupp ta’ immigranti, hemm għadd ta’ nisa’ u tfal żgħar.