Traffiku u karozzi pparkjati ħażin fil-festa ta’ San Patrizju

It-toroq f’ San Ġiljan kienu ppakkjati bil-karozzi hekk kif mijiet ta’ Maltin ħarġu jiċċelebraw il-festa ta’ San Patrizju.

Newsbook żar San Ġiljan fejn spikkat il-mużika, traffiku u xalar fit-toroq qrib il-bajja ta’ Spinola. Filwaqt li xi wħud iddeċidew li jilbsu l-kulur aħdar, spikkaw ukoll il-kostumi fosthom il-kpiepel, b’oħrajn ifittxu biss din il-festa sabiex jixorbu mal-ħbieb.

Newsbook seta’ jinnota wkoll li minkejja n-numru ta’ Pulizija fl-inħawi, diversi karozzi ma kienux ipparkjati kif suppost u dan wassal biex jinħoloq inkonvenjent lir-residenti tal-madwar. It-triq prinċipali li minn Triq Regjonali tagħti għall-bajja ta’ Spinola kienet ukoll magħluqa għat-traffiku. Dan ħoloq konġestjoni tat-traffiku f’xi ħinijiet, fit-toroq li jwasslu għal San Ġiljan.

Newsbook seta josserva wkoll li l-karrozzi li kienu pparkjati kontra l-liġi ma ngħataw l-ebda taħrika minkejja li f’ħin minnhom pulizija kien miexi maġenb dawn il-karozzi.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.