Black Friday: Min jindanna…Min iqerr!

Malta ġġammjata.
Traffiku kbir.
L-iskuża li nġibu llum tkun din:
Ħafna ħarġu jixtru minħabba l-iskontijiet tal-Black Friday.
Żgur mhux skontijiet fuq il-frustrazzjoni u l-istress!
U probabbli dak li tiffranka minn fuq xi żarbun jew libsa, tispiċċa taħlih petrol!
Kultant aħna l-Maltin nippruvaw naraw kbir bħall-Amerikani.
Nippruvaw niffangaw. Imma mhux tal-ħwienet.
Kellhom bżonn jagħtu skontijiet bħall-Amerikani f’dan il-jum.
U jekk tant tindanna li tibda tiżbalja, f'din il-parroċċa għandhom roħs ta' 100% fuq il-qrar!
"Aħtaf din l-opportunità u mur qerr!" jgħid l-avviż.
U f'karikatura li tella' fuq Facebook, il-kartunista Dr Ġorġ Mallia biddel il-kelma Black ma' Blocked…b'raġel irrabjat għax imblukkat bil-karozza fit-traffiku.
Nhar it-Tnejn, Cyber Monday… Se jerġa’ jiġri l-istess? Jew it-traffiku se jispiċċa fuq l-internet?