Aġġornata (1): Traffiku kbir qrib Paceville minħabba li tal-linja waqfet taħdem

Kelliema għal Malta Public Transport qalet ma’ Newsbook.com.mt li ma kien hemm l-ebda ħabta iżda li din hi impressjoni li toħroġ mill-filmat. Spjegat li x-xufier waqqaf il-karozza tal-linja minħabba raġunijiet tas-sigurtà wara li xegħel sinjal fuq id-dashboard. Kompliet tispjega li fuq il-post hemm mekkanik. Kelliem għall-Pulizija iktar qabel qal ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm ħabta.

Filmat: Traffiku kbir qrib Paceville wara li ħabtu 2 karozzi tal-linja

Traffiku kbir inġemma’ fl-inħawi ta’ Paceville hekk kif żewġ karozzi tal-linja ħabtu viċin il-lights ta’ Paceville.

Il-każ seħħ għall-ħabta 2:50pm tal-Ġimgħa waranofsinhar.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident iżda fuq il-post issejjħu Pulizija mit-taqsima tat-traffiku u tad-Distrett biex jikkontrollaw it-traffiku.