Traffiku fix-Xewkija wara ħabta bejn tliet karozzi

Ħabta bejn tliet vetturi wasslet biex jinġema’ t-traffiku bejn l-Imġarr u x-Xewkija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.45pm meta tliet karozzi misjuqa minn raġel ta’ 55 sena min-Nadur, raġel ta’ 57 sena mix-Xewkija u mara ta’ 45 sena residenti wkoll ix-Xewkija daħlu ġo xulxin.
Ir-raġel ta’ 55 sena ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Fuq il-post mill-ewwel marru membri mill-korp tal-Pulizija biex jidderieġu t-traffiku fejn is-sitwazzjoni reġgħet lura għan-normal ftit tal-ħin wara.