Traffiku aktar mis-soltu max-xatt tas-Sliema

Attent jekk se tgħaddi minn Tas-Sliema.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li ftit wara l-10am kien hemm inċident bejn żewġ vetturi fejn ix-Xatt Tas-Sliema direzzjoni lejn San Ġiljan.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newbsook.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u li dawk involuti fl-inċident irrifjutaw l-għajnuna tal-ambulanza.
Madanakollu fuq il-post inġema’ aktar traffiku mis-soltu sakemm il-karozzi tneħħew minn fuq il-post.
Ritratt: MDT