2 itfal fost 8 persuni li nstabu ħajjin fi trakk friża f’Calais

Fil-wara ta’ trakk li jkessaħ fi Franza, 8 immigranti, fosthom żewġ itfal, instabu ħajjin. Però, qed isofru minn ipotermja.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet AFP, it-trakk inqabad fil-port ta’ Calais fi Franza, jipprova jaqsam għall-Ingilterra. Instabu waqt spezzjoni tat-trakk qabel ma tela’ fuq il-vapur.

L-immigranti qed jgħidu li huma mill-Afghanistan. Skont id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, il-grupp ġie trattat għall-ipotermja u ttieħed l-isptar. Is-sewwieqa, tnejn Rumeni, ġew arrestati.

Aqra: 39 katavru fl-Ingilterra: Arrestat is-sewwieq tat-trakk

Ftit tal-jiem ilu, instabu 39 katavru fil-wara ta’ trakk f’żona industrijali qrib il-kapitali Ingliża Londra. Is-sewwieq kien arrestat.