Traffika d-droga; 4 snin ħabs

Olandiż ġie kkundannat 4 snin ħaba u multa ta’ €10,000 wara li ammetta li ttraffika d-droga kokaina.

F’Jannar li għadda l-Olandiż ġie akkużat li importa u kien se jittraffika 300g droga kokaina. Huwa kien arrestat flimkien ma’ żewġ persuni oħra f’lukanda f’Tas-Sliema.

Fis-16 ta’ Diċembru li għadda fil-Qorti ġiet ippreżentata applikazzjoni konġunta bejn l-Avukat Ġenerali u l-akkużat, li fiha tiddikjara li kien hemm ftehim li r-raġel għandu jiġi kkundannat erba’ snin ħabs u multa ta’ €10,000.

L-Imħallef Giovanni Grixti laqa’ din l-applikazzjoni.