Traduttriċi żagħżugħa Maltija ppremjata mill-KE

L-istudenta Sarah Falzon, li tattendi l-Junior College, hi r-rebbieħa Maltija tal-konkors fost it-28 pajjiż membru tal-UE għat-traduzzjoni.
Il-konkors “Juvenes Translatores” jiġi organizzat mill-Kummissjoni Ewropea kull sena u jippremja student f’livell ta’ Sixth Form minn kull pajjiż membru.
B’kollox jieħdu sehem iktar minn 3,000 parteċipant li ttraduċew test dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp biex timmarka s-sena li għaddiet li kienet iddedikata għall-Iżvilupp.
Sarah Falzon ittraduċiet mill-Ingliż għall-Malti wara li l-istudenti kellhom l-għażla li jittraduċu għal-lingwa li jafu l-iktar, bħalma jagħmlu t-tradutturi tal-istituzzjonijiet tal-UE.