Tractor jitfa’ anzjan l-isptar bi ġrieħi gravi

Anzjan ta’ 71 sena residenti r-Rabat qed isofri ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni ntlaqat minn tractor f’Ras ir-Raħeb, il-Baħrija waqt li kien qed jaħdem f’għalqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am xħin il-Pulizija tad-distrett ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha fl-inħawi msemmija.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuna l-isptar għall-ewwel kura.
Dwar il-każ infetħet inkjesta.