“Għaddej ix-xogħol fuq id-disinji ta’ tracksuits ġodda”

Arkivji

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħabbar li l-istudenti jistgħu jibdew jattendu l-iskola bit-tracksuit. Ġie spjegat ukoll li qed isiru disinji ġodda tat-tracksuits għas-sena skolastika li jmiss.

Dan qalu fi stqarrija, hekk kif spjega li din kienet deċiżjoni li xtaqu u qablu magħha l-ġenituri u l-edukaturi flimkien mal-istudenti. Ukoll, se jkun hemm servizz ta’ internet fl-iskejjel fil-viċin.

Barra minn hekk, il-Ministeru se jkun qed jintroduċi s-servizz ta’ immaniġġjar tal-entraturi tal-iskejjel u se jara li l-iskejjel kollha eventwalment ikollhom dħul ikkontrollat.

Din is-sena skolastika se jibdew jintużaw programmi ta’ tagħlim ġodda fil-Kinder 2, fir-Raba’ sena tal-Primarja u fit-Tmien sena tal-Sekondarja. Il-programm tal-isports issa beda jiġi mgħallem fit-Tmien Sena tas-sekondarja. Madwar 350 student qiegħdin jiġu mgħallma dan is-suġġett.

Skont l-istqarrija, se jkun introdott is-servizz ġdid ta’ LSE Class Support fil-Kindergarten 1 u li jibqa’ tiela’ fil-year groups progressivament. Minn din is-sena wkoll il-Kindergarten Assistants ser jibda jkollhom madwar siegħa u nofs fil-ġimgħa waqt il-ħin tal-iskola allokati għall-iżvilupp professjonali tagħhom.

L-istqarrija spjegat li din is-sena skolastika se tkun qed tilqa’ 6,912-il edukatur u 36,008 student fl-iskejjel tal-istat. L-iskejjel tal-Knisja u indipendenti qed jilqgħu 3,460 edukatur u 24,932 student.