Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ tliet avviżi dwar prodotti li m’għandhomx jiġu kkunsmati.
Nescafé Shakissimo Espresso Latte
Prodott: | Shakissimo Espresso Latte |
Ditta: | Nescafé |
Volum: | 190ml |
Data tad-Durabbiltà Minima: | 26/01/2021 |
L-isemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà li jista’ jkun fih residwi ta’ deterġent. Dan deterġent li jintuża waqt il-produzzjoni biex jinħaslu l-kontenituri qabel jimtlew, li qed jikkawża togħma ħażina fil-prodott.
Bio Today Tahini
Prodott: | Tahini |
Ditta: | Bio Today |
Volum: | 250g |
Data tad-Durabbiltà Minima: | 31/03/2023 |
L-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien li ntużaw għall-produzzjoni tal-istess prodott.
Qagħaq tal-ġunġlien u Ottini
Prodott 1: | Qagħaq tal-ġunġlien |
Ditta: | Brinc’s |
Lott: | Lottijiet kollha sa L20323 |
Data tad-durabbilità: | Id-Dati kollha sa 18-12-20 |
Prodott 2: | Ottini |
Ditta: | Brinc’s |
Lottijiet u Data tad-durabbilita : | Numru 20231 bi Data 14-2-21 sa Numru 20325 bi Data 19-5-21 |
L-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni b’ pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien li jinstab fl-istess prodotti.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333. Dan mit-8am sas-2.30pm. Jista’ wkoll jibgħat email fuq mhi@gov.mt.