Traċċi ta’ kokaina fuq persuna minn kull għaxra li qatt ma ħadet droga

Wieħed minn kull għaxar persuni li qatt ma użaw id-droga kokaina jew eroina, għandhom traċċi tagħha fuq subgħajhom.
Madankollu xjentisti f’Surrey skoprew test effettiv li jirnexxielu joħroġ id-differenza bejn persuni li huma esposti għad-drogi, u oħrajn li jkollhom dawn it-traċċi fuqhom minħabba fatturi ambjentali.
Biex joħorġu b’dan it-test, ir-riċerkaturi użaw 50 volontier li qatt ma ħadu droga f’ħajjithom, u 15-il persuna li qalu li għamlu użu minn kokaina jew eroina fl-24 siegħa ta’ qabel.
Ix-xjentisti ittestjaw ukoll kif it-traċċa tad-droga tista’ tiġi trażmessa minn persuna għal oħra meta jieħdu b’idejn xulxin.
Esperta fl-Analiżi Forensika semmiet li l-kokaina hija komuni fl-ambjent, tant li tista’ tkun preżenti anke fuq karti tal-flus.
Din ir-riċerka ikkonfermat li l-futur tat-testijiet kontra d-droga jinsab fis-swaba, għax ma jinvolvix proċeduri mediċi u huwa faċli biex isir.