Trabi jiżfnu l-‘break-dance’ – filmat li rawh 31 miljun darba

Riklam li juri grupp ta’ trabi jiżfnu l-break-dance rawh 31miljun darba fuq YouTube f’ħamest ijiem. It-tema tal-filmat tal-kumpanija Evian hi li persuna tibqa’ tħossha żgħira u tgħix fit-tul.

L-adulti jidhru jħarsu f’mera, jaraw lilhom infushom fiha bħala trabi u jibdew jiżfnu mat-tifla jew tifel li hemm fihom infushom. Għall-ewwel il-kbar jidhru konfużi b’dak li jaraw, iżda ftit wara t-trabi u l-kbar jibdew jiżfnu flimkien.

Il-mużika użata fil-filmat jisimha 'Here Comes the Hotstepper,' ta’ Kamoze u kienet irranġata mill-artist Franċiż tal-mużika electro Yuksek.

Ir-rekord dinji tal-iktar filmat li rawh nies jinsab f’idejn l-istess kumpanija, Evian bil-filmat Roller Babies. S’issa rawh 65 miljun darba.