Trabi fl-emerġenza bl-eluf minħabba l-‘walkers’

Ritratt: comedy_nose fuq Flickr (CC BY 2.0)

Għalkemm ħafna ġenituri jemmnu li baby walker huwa mod kif tagħti iktar independenza lit-tfal, it-tobba tat-tfal qed iwissu kontra l-użu tiegħu minħabba raġunijiet ta’ sigurtà. Dan għaliex jisħqu li l-baby walkers iġiegħlu lit-tfal jimxu b’rata iktar mgħaġġla milli jkunu lesti għaliha.

Studju ġdid fil-ġurnal Pediatrics wera li iktar minn 230,000 tifel u tifla ta’ ħmistax-il xahar jew iżgħar daħlu l-emerġenza fl-Amerka għal ġrieħi relatati ma’ baby walkers mill-1990 sal-2014. Il-maġġoranza tal-ġrieħi kellhom x’jaqsmu ma’ rashom jew għonqhom, u daqs 30% minn dawn kienu saħansitra qsim f’rashom.

It-tobba saħqu li l-baby walkers iġiegħlu lit-tfal jimxu b’rata iktar mgħaġġla milli jkunu lesti għaliha, u tfal ta’ dik l-età huma kurjużi mingħajr ma jifhmu li jistgħu jweġġgħu. Kull m’hemm bżonn xi aħwa jħallu bieb miftuħ fejn hemm taraġ jagħti għal garaxx, u ż-żgħir ikun ġa waqa’ t-taraġ qabel ma biss kellu ċans jirrispondi l-ġenitur. Apparti minn hekk, ħafna drabi l-baby walker jagħti aċċess lill-xiħaġa li s-soltu ma jilħqux, eżempju xiħaġa taħraq.