“Trabbejt f’familja li taw importanza kbira lir-reliġjon” – Daniel

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-attur u preżentatur Daniel Chircop.

Il-qari tal-ġurnata

“Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.” U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet. Inti Pietru, u fuq din il-ġebla jiena nibni l-Knisja tiegħi, u l-bibien tal-infern ma jegħlbuhiex. Lilek nagħtik l-imfietah tas-Saltna tas-Smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.

San Pietru u San Pawl.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.