Tqassim ta’ rigali tal-Milied fl-Imqabba

Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se torganizza attivitá fejn matulha ser jitqassmu rigali minn Father Christmas lit-tfal tal-Imqabba.

Din l-attivitá se ssir nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċembru 2019 mill-4.00pm ‘il quddiem.

Dawk il-ġenituri kollha li huma nteressati għandhom iħallu r-rigal tagħhom flimkien mad-dettalji fil-banka tal-lottu biswit il-każin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju jew iċemplu fuq 79263253 għall-donazzjoni ta’ €5.

Aktar dettalji jinkisbu fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjetá Mużikali Madonna tal-Ġilju fuq www.talgilju.com