Tqala mhux mistennija? FLIMKIEN fuq Newsbook.com.mt jista’ tgħinek

Flimkien Ottubru 2020 cover

Tqila mingħajr ma kont qed tistenniha? L-edizzjoni ta’ Ottubru tal-magazin FLIMKIEN li issa jinsab fuq Newsbook.com.mt jagħtik 10 pariri dwar x’tista’ tagħmel. 

Dan huwa wieħed biss mid-diversi artikli li l-qarrejja jistgħu jsibu fl-edizzjoni ta’ Ottubru tal-magazin ippubblikat mill-kappillani Maltin.

Newsbook.com.mt se jagħmilha aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw il-magazine. Għal numru ta’ ġranet il-qoxra tal-magazine se tkun qed tidher jew ma’ xi waħda mit-taqsimiet li jidhru fil-homepage, l-aktar it-taqsima Lifestyle. Iżda mil-lum stess jekk tmorru fuq il-menu li hawn in-naħa ta’ fuq tal-paġna u tagħmlu l-cursor fuq il-kelma Lifestyle mal-menu li jinżel, hemm il-kelma FLIMKIEN. Agħfsu fuqha u tkunu tistgħu taraw l-artikli mill-magazine.

Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika minn żmien għall-ieħor stejjer u rapporti li għandu l-magazine FLIMKIEN. Ma’ kull waħda minn dawn ikun hemm l-istampa tal-qoxra tal-magazine u tkunu tistgħu tarawh.

  • Dr Nicholas Briffa jikteb dwar kif nistgħu ingawdu aħjar is-sesswalità tagħna
  • Prof. Andrew Azzopardi ġie intervistat dwar id-diskors ta’ mibegħda.
  • Hemm spjega dwar l-inizjattiva Bekids.mt 
  • Dr Ryan Caligari jikteb dwar il-wirt u l-koabitazzjoni

Tista’ tara l-verżjoni diġitali ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.

Flimkien Ottubru 2020 cover