Tqaċċit ta’ siġar f’Ħ’Attard? “Mistoqsija li ma ħaqqhiex tweġiba” – Il-Ministru

siġar Ħ'Attard Central Link Aaron Farrugia
Ritratt fl-isfond: Cami Appelgren

Read in English.

Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia qal li l-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista David Agius dwar it-tqaċċit tas-siġar f’Ħ’Attard ma ħaqqhiex tweġiba.

Il-Viċi Kap tal-PN David Agius fil-Parlament staqsa lill-Ministru jekk jaqbilx li waqt li kien qed jinqara l-baġit u anke wara, il-Gvern Laburista kien qed jaqla’ s-siġar f’Ħ’Attard b’rabta mal-proġett tas-Central Link.

“Li kieku kont qed nitkellem ma’ xi tifel jew xi ħadd fuq Facebook nistennieha xi ħaġa bħal din. Iżda din it-tip ta’ mistqosija hawn ġew ma ħaqqhiex tweġiba,” irribatta l-Ministru.

Il-Ministru qal li l-poplu ddeċieda li jrid is-Central Link. “Dan hu proġett ta’ fejda ambjentali u infrastrutturali.” Farrugia qal li għal kull siġra li nqalgħet se jitwaħħlu tletin oħra ġodda.

Mistoqsi riputatament x’ġara mis-siġar li nqalgħu, il-Ministru qal li kollox sar skont il-permessi maħruġa.