Toyota se tiddiskuti l-iżvilupp tal-awtomatika f’Malta

Toyota Material Handling Europe (TMHE) ħabbret li se torganizza l-konferenza annwali tagħha f’Malta.
Fi stqarrija TMHE qalet li għal din il-konferenza se jiġu aktar minn 200 rappreżentat tal-kumpanija minn 30 pajjiż Ewropew.
Waqt din il-konferenza se jkun diskuss l-iżvilupp tal-futur fis-settur tal-loġistika u awtomatika tal-kumpanija.
Ir-rappreżentanti Maltin li se jipparteċipaw huma Michael Debono, Adrian Mifsud, James Zarb u Andew Vella mill-kumpanija Debono Commercials Ltd.