Townsquare: Xogħlijiet ta’ skavar sospiżi “b’rispett lejn ir-residenti”

Read in English.

L-iżviluppaturi tal-proġett Townsquare f’Tas-Sliema ssospendew ix-xogħol tal-iskavar għal perjodu temporanju, b’rispett lejn ir-residenti li qegħdin iqattgħu aktar ħin id-dar minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Fi stqarrija, l-iżviluppaturi qalu li fl-aħħar ġimgħat naqqsu x-xogħol ta’ żvilupp fuq dan il-proġett, sabiex issa ma jkomplix l-iskavar.

Spjegaw li għadd ta’ residenti fiż-żona jinsabu f’iżolament, u li kieku jkomplu bix-xogħlijiet, dan iżidilhom l-istress f’sitwazzjoni li hija diġà waħda diffiċli.

Il-proġett ta’ Townsquare kien wieħed kontroversjali iżda l-iskavar tħalla jkompli f’Jannar wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-pjanti riveduti f’Ġunju li għadda. Il-kumpanija kienet intalbet tnaqqas 37 metru wara li għadd ta’ NGOs oġġezzjonaw għall-permess.