Townsquare: Se jkompli l-iskavar; pjanijiet għal lukanda wkoll

Read in English.

L-iżvilupp ta’ Townsquare se jkompli fil-jiem li ġejjin wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-pjanti riveduti f’Ġunju li għadda. Il-kumpanija kienet intalbet tnaqqas 37 metru wara li għadd ta’ NGOs oġġezzjonaw għall-permess.

Townsquare issottomettiet disinji ġodda lill-Awtorità tal-Ippjanar wara deċiżjoni li ħa t-Tribunal tal-Appelli tal-Ambjent u l-Ippjanar li l-proġett kellu jkun rivedut minn dak propost fl-applikazzjoni tal-2016. Il-kumpanija ntalbet biex tnaqqas 37 metru, li jiġu daqs 11-il sular, mill-pjanti oriġinali, għall-impatt viżwali.

Il-Perit Tara Cassar, f’isem numru ta’ għaqdiet, kienet qalet fl-2018 li li kieku l-approvazzjoni ma ġiex appellat minnhom, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet tapprova deċiżjoni illegali.

Bħala parti mill-proġett mibdul, Townsquare issa għandha tissottometti applikazzjoni għal lukanda skont il-policies tal-istabbilimenti turistiċi, li se tkun fil-post fejn qabel kien ippjanat li jkun spazju għall-uffiċċji.

Għal dan l-iżvilupp għandu jintuża apparat modern li ntuża ħdejn l-Università riċentament, apparat li m’għandux jagħmel ħafna storbju u trab.

Townsquare għandhom jibdew jirrestawraw ukoll Villa Drago u l-ġnien ta’ madwarha.