Toure lura ma’ Olympiacos wara 12-il sena

Olympiacos akkwistaw lil Yaya Toure fi trasferiment li ma kienx jinvolvi flus hekk kif Manchester City ħallewh jitlaq fi tmiem l-istaġun li għadda. Il-midfielder ta’ 35 sena mill-Kosta tal-Avorju, irrifjuta bosta offerti mill-Ewropa, mill-Asja u mill-Amerka sabiex jerġa’ jmur lura mal-klabb li telaq fl-2006.

Toure qatta’ staġun wieħed fil-Greċja u rnexxielu jirbaħ żewġ titli domestiċi qabel sar plejer ta’ Monaco. Hu ngħaqad ma’ Barcelona fl-2007 u tliet snin wara mar l-Ingilterra fejn rebaħ 3 kampjonati Ingliżi.

Olympiacos naqsu milli jirbħu l-kampjonat 2017-18 u spiċċaw wara PAOK u r-rebbieħa AEK Athens.