Tottenham umiljati minn Bayern

Il-problemi għal Tottenham Hotspur komplew jiżdiedu wara li ġew umiljati mit-tim Ġermaniż Bayern Munich waqt il-kompetizzjoni taċ-Champions League. Kien lejl umiljanti għal Tottenham. Serge Gnabry rnexxielu jiskurja erba’ gowls waħdu.

L-iskala ta’ umiljazzjoni kompliet tiżdied meta Tottenham irnexxielhom jiskurjaw kmieni fl-ewwel taqsima u daħlu għal ħin ta’ mistrieħ bi draw. Iżda fallew milli jkomplu jikkumbattu kontra l-qawwa Ġermaniża li ħarġet aktar b’saħħitha fit-tieni taqsima.

L-iskor finali kien dak ta’ Tottenham Hotspur 2-7 FC Bayern Munchen.

Riżultati oħra:

Grupp A

Real Madrid 2-2 Club Brugge

Galatasaray 0-1 Paris Saint-Germain

Grupp B

FK Crvena Zvezda 3-1 Olympiacos

Grupp C

Atalanta 1-2 Shakhtar Donetsk

Manchester City 2-0 Dinamo Zagreb

Grupp D

Juventus 3-0 Bayer Leverkusen

Lokomotiv Moscow 0-2 Atletico Madrid