Tottenham lura għar-rebħ

Finalment Tottenham Hostspur qabdu r-rittmu fil-kompetizzjoni taċ-Champions League. Huma rnexxielhom jirbħu bl-iskor sabiħ ta’ 5-0 kontra Red Star Belgrade.

It-tim ta’ Mauricio Pochettino riedu joħorġu b’xi mod  b’risposta wara li tilfu bl-iskor ta’ 7-2 kontra Bayern Munich li qegħdin magħhom fi Grupp B. Tottenham kienu wkoll spiċċaw f’parità kontra Olympiakos li kienet l-ewwel logħba tagħhom mill-gruppi.

Sal-ewwel taqsima, Tottenham skurjaw tliet gowls li ġew mingħand Harry Kane u Son Heung-min. Fit-tieni taqsima kien Erik Lamela li għamilhom erbgħa, u mill-ġdid Kane li għamilhom ħamsa.

Riżultati oħra:

Grupp A

Club Brugge 0-5 Paris Saint-Germain

Galatasaray 0-1 Real Madrid

Grupp B

Olympiacos 2-3 FC Bayern Munchen

Grupp C

Shakhtar Donetsk 2-2 Dinamo Zagreb

Manchester City 5-1 Atalanta

Grupp D

Atletico Madrid 1-0 Bayer Leverkusen

Juventus 2-1 Lokomotiv Moscow