​Tottenham jonqoshom il-kunfidenza

Skont is-sit soccernews.com, Tottenham Hotspur iridu jbiddlu l-mentalità tagħhom jekk iridu jsiru champions.
Wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Manchester United ħafna kritiċi kienu diżappuntati li l-Hotspurs ma setgħux jieħdu xi ħaġa minn din il-partita.
Il-kowċ tal-Ispurs Mauricio Pochettino rnexxielu jibni skwadra tajba f’White Hart Lane iżda minkejja li dejjem taw sfida għat-titlu finali bħal qisu n-nuqqas ta’ kunfidenza telfithom milli jieħdu xi ħaġa.
Tottenham kellhom nieqes lil Harry Kane li jinsab imweġġa’ u dan in-nuqqas inħass mhux ftit hekk kif it-tim minn Londra ftit sab spazju biex jagħmel il-ħsara neċessarja lid-difiża tal-United illi ħarġet bl-unuri minn din il-partita.
L-uniku gowl tal-logħba ġie skorjat fil-81 minuta permezz ta’ Anthony Martial.