Tottenham jitilfu l-appell kontra l-karta ħamra ta’ Heung-min

L-appell li fetħu Tottenham dwar il-karta ħamra li qala’ Son Heung-min kontra Chelsea ġie miċħud mill-FA.

Il-plejer ta’ 27 sena nhar il-Ħadd li għadda tkeċċa kontra Chelsea wara li xxuttja l-ballun lejn id-difensur Antonio Rudiger fl-ewwel taqsima tal-logħba. Spurs spiċċaw tilfu l-logħba 2-0.

It-tim tat-Tramuntana ta’ Londra immedjatament fetħu appell li sfortunatament  għalihom ma kienx ta’ suċċess.

Son b’hekk se jkun qed jitlef il-logħb li jmiss kontra Brighton, Norwich u Southampton.

B’mod inkredibbli, Son tkeċċa tliet darbiet fl-2019. Hu sar l-ewwel plejer li għamel dan mindu fl-2010 għamel l-istess Lee Cattermole.