Tottenham jiġru wara Dybala fl-aħħar jum ta’ trasferiment

Tottenham qegħdin fil-viċin li jilħqu ftehim ma’ Juventus biex jixtru lill-attakkant Arġentinjan Paulo Dybala. Spurs qed jisperaw li jisiġillaw il-kuntratt għall-plejer ta’ 25 sena qabel ma jagħlaq iż-żmien ta’ trasferiment illum stess.

Manchester United ukoll kienu interessati li jixtru l-Dybala, iżda qatgħu qalbhom mit-talba li għamel għall-paga. L-offerta ta’ Spurs waslet wara li l-istess klabb waqqa’ l-offerta għall-midfielder ta’ Sporting Lisbon, Bruno Fernandes minħabba l-ammont ta’ flus li ntalbu għalih.

Dybala ngħaqad ma’ Juventus fl-2015 u skurja 10 gowls fl-aħħar staġun.