Tottenham jgħaddu għar-4 rawnd tal-FA Cup

Giovani Lo Celso skurja biss it-tieni gowl tiegħu kemm ilu ma’  Tottenham iżda kien gowl imprezzabbli. Tottenham għaddew għar-raba’ rawnd mill-FA Cup wara li rnexxielhom jirbħu kontra Middlesbrough. Huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1.

Erik Lamela għamilhom 2-0 wara biss 15-il minuta. Iżda gowl tard ta’ George Saville ta lil Middlesbrough xaqq ta’ dawl.

Iżda t-tim mit-Tramuntana ta’ Londra żamm sod biex assigura r-rebħa. Tottenham se jkunu qed imorru St Mary biex jilagħbu kontra Southampton fir-rawnd li jmiss.

Riżultati oħra:

Blackpool 0-2 Reading

Convntry City 3-0 Bristol Rovers

Newcastle United 4-1 Rochdale

Shrewsbury Town 1-0 Bristol City