Tottenham iridu tiġdid fil-kuntratt ta’ Min Son

Id-diriġenti ta’ Tottenham Hotspur qed jaħdmu qatigħ sabiex iħajru lill-plejer tagħhom Heung-Min Son iġedded il-kuntratt tiegħu illi jagħlaq fis-sena 2020. L-attakkant mill-Korea t’Isfel huwa t-tieni l-aqwa skorer ta’ The Spurs meta sab ix-xibka 13-il darba matul dan l-istaġun.
Sadanittant il-gazzetta Ingliża The London Evening Standard żvelat illi ġaladarba Min Son iġedded il-ftehim mal-klabb minn Londra, is-salarju tiegħu għandu jiżdied b’mod drastiku.
Dan il-plejer mistenni jkun fit-tim illi nhar l-Erbgħa se jaffrontaw lil Juventus fl-aħħar 16 tal-UEFA Champions League.