Tottenham Hotspur interessati f’Ross Barkley u Davinson Sanchez

Wara sajf kemmxejn kwiet, jidher illi Tottenham Hotspur għandhom f’moħħhom illi jiksbu żewġ players sabiex isaħħu l-iskwadra tagħhom.
Dawn huma Ross Barkley u Davinson Sanchez attakkant u difensur rispettivament illi l-manager Mauricio Pochettino għandu tant bżonn.
L-iSpurs qed jippruvaw jakkwistaw lil Barkley għas-somma ta’ 25 miljun lira sterlina mingħand Everton, b’Chelsea wkoll jibqgħu jiġru wara l-firma tiegħu.
Min-naħa l-oħra, id-difensur Kolombjan jiswa iktar, 50 miljun lira sterlina, bin-negozjati ma’ Ajax li bdew fis-sigħat li għaddew.