Totsa Total tiftaħ protest ġudizzjarju kontra l-Enemalta

Il-kumpanija internazzjonali taż-żejt Totsa Total fetħet protest ġudizzjarju kontra l-kumpanija Enemalta. Il-protest qed isir wara li l-korporazzjoni ħadet deċiżjoni li teskludi lil din il-kumpanija milli tagħmel offerta ta’ xiri ta’ żejt, dan sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-allegat skandlu fix-xiri ta’ żejt.

Il-kumpanija Totsa Total qed tisħaq li d-deċiżjoni tal-Enemalta kienet diskriminatorja, abbużiva u llegali.