Total ta’ 8 Sirjani li ppruvaw jidħlu illegalment f’Malta f’erbat ijiem

Tela’ għal tmienja n-numru ta’ Sirjani li minn nhar il-Ħamis ‘l hawn inqabdu jippruvaw jidħlu f’Malta llegalment billi jużaw dokumenti foloz.
Illum kienu arrestati tliet Sirjani oħra li ppruvaw jiġu Malta mill-Ajruport ta’ Treviso b’dokumenti foloz taparsi maħruġa mill-Gvern Grieg.
Skont il-midja Taljana Treviso, dawk arrestati huma Aadel Alaayad, li twieled fis-7 ta’ Frar 1988 fis-Sirja u l-aħwa Husain Alkhalaf u Rudohan Mohamad Alkhalafli.
Huma qed ikunu investigati  biex ikun determinat jekk għandhomx x’jaqsmu mal-attakki ta’ Pariġi tat-13 ta’ Novembru. Minkejja dan, s’issa ma jidher li m’hemm ebda relazzjoni.
L-ajruporti ta’ Veneto fl-Italja bħalissa jinsabu taħt allert minħabba li Salah Abdelsalam, li s’issa għadu maħrub, qatta’ xi żmien f’dak it-territorju qabel wettaq l-attakki f’Pariġi.
Fl-aħħar jiem kienu tmien Sirjani li ppruvaw jidħlu Malta llegalment b’dokumenti foloz.
Fid-19 ta’ Novembru, żewġ Sirjani ta' 19 u 30 sena, li kienu se jirkbu titjira lejn Malta ġew arrestati fl-ajruport ta’ Orio al Serio f’Bergamo wara li fil-mowbajls tagħhom kien hemm ritratti tal-ISIS u l-gwerra. Huma kellhom kellhom ritratti tal-ISIS arrestati f'Bergamo.
L-għada, fl-20 ta’ Novembru, Sirjan ta’ 18-il sena nżamm arrestat wara li ċaħad li pprova jidħol f’Malta b’passaport Ungeriż li kien ta’ persuna oħra.
Dakinhar ukoll, il-Pulizija fl-ajruport ta’ Ciampino fl-Italja arrestaw żewġ Sirjani oħra li riedu jaslu Malta. Is-Sirjani għandhom 18 u 19-il sena u kellhom passaport Norveġiż u Franċiż.