Torta tat-tuffieħ mill-Italja

Ingredjenti

2 mgħaref frak tal-ħobż

60g butir bla melħ, imdewweb

60g zokkor

1 kuċċarina essenza tal-vanilla

2 bajdiet

200g dqiq

1 kuċċarina baking powder                                  

nitfa melħ

1 mgħarfa ħalib

900g tuffieħ, imqaxxar, bla żerriegħa, imqatta’ rqiq ħafna

30g butir bla melħ

30g zokkor

Metodu

Saħħan il-forn għal 190˚Ċ (375˚F).

Idlek il-landa tal-kejk fejn se ssajjar it-torta u ferrex il-frak tal-ħobż fil-qiegħ.

Ħallat flimkien il-butir imdewweb, is-60g zokkor u l-essenza tal-vanilla. Żid il-bajd u ħallat flimkien.

Ħallat flimkien id-dqiq, il-baking powder u l-melħ. Żid it-taħlita tal-butir. Jekk ikollok taħlita iebsa żid il-ħalib.

Ferragħ t-taħlita fil-landa tal-kejk. Qassam is-slajsis tat-tuffieħ fil-wiċċ u l-biċċiet tal-butir. Fl-aħħar nett roxx it-30g zokkor.

Aħmi fil-forn għal madwar 30-45 minuta. Oħroġ mill-forn u ħalli jibred għal 5 minuti. Wara oħroġ il-kejk, poġġih fuq platt u ħallih jiksaħ għal kollox.