Ingredjenti
450g sider tat-tiġieġ, imnaddaf, imqatta’ kwadri
130g zunnarija sslajsjata
130g piżelli ffriżata
45g butir
45g basla imqatta’ ftit kbir
45g dqiq plain
nofs kuċċarina melħ
ponta ta’ kuċċarina bżar iswed
2 tazzi brodu tat-tiġieg
tazza ħalib
għaġina tat-torti
Metodu
Saħħan il-forn għal 220˚Ċ (425˚F)
Poġġi f’borma t-tiġieġ, iz-zunnarija u l-piżelli. Għatti bl-ilma, saħħan għal 15-il minuta, neħħi l-ilma u ħalli f’ġenb.
F’borma oħra sajjar il-basal fuq nar moderat sakemm isiru rotob. Żid id-dqiq u l-bżar u l-melħ. Ftit ftit żid il-brodu tat-tiġieġa u l-ħalib waqt li tħawwad il-ħin kollu. Saħħan fuq in-nar sakemm it-taħlita tħossha tagħqad. Neħħi minn fuq in-nar u ħalli f’ġenb.
Iksi bl-għaġina l-qiegħ tat-turtiera li se ssajjar fiha. Poġġi t-taħlita tat-tiġieġ fil-qiegħ u wara t-taħlita l-oħra. Għatti bl-għaġina. Agħmel xi xquq fil-wiċċ tat-torta biex toħroġ l-arja waqt is-sajran.
Aħmi għal madwar 30-35 minuta sakemm tara li l-għaġina saret kulur dehbi. Ħalliha toqgħod għal 15-il minuta qabel isserviha.