Torta tat-tadam bil-ħabaq frisk

Ingredjenti

għagina tat-torti

60g basal imqatta’ mhux fin iżżejjed

400g tadam imqatta’ bla meraq għal kollox

8 weraq tal-ħabaq imqatta’

250g mozzarella

60g mayonnaise

1 kuċċarina Tabasco

bżar u melħ

Metodu

Aħmi l-għaġina fid-dixx tal-forn fejn se ssajjar it-torta. Qabel iddaħħal fil-forn poġġi fil-qiegħ tal-għaġina biċċa karta strazza u fuqha fażola niexfa. Hekk ikollok il-forma tagħha lesta biex timtela bit-taħlita tat-tadam.

Roxx il-melħ fuq it-tadam.

Roxx il-basal fil-qiegħ tal-għaġina msajra u wara t-tadam. Fil-wiċċ, imbagħad, roxx il-ħabaq imqatta’.

F’bieqja ħallat flimkien il-mozzarella, il-mayonnaise, it-Tabasco u l-bżar u l-melħ.

Ferrex it-taħlita fuq il-wiċċ tat-tadam.

Aħmi f’forn 175˚Ċ (350˚F) sakemm il-wiċċ jiħmar, bejn 30-40 minuta.