Torta tal-pastard u rkotta

Ritratt: Joseph A. Cachia

Ingredjenti

Pastarda ta’ qies medju

300g rkotta

Bajda

Ras ta’ tewma mgħaffġa

3 mgħaref semolina

Dada tal-ħaxix jew tat-tiġieġ

Bżar u melħ

Għaġina tat-torti jew tal-pastizzi

Metodu

Għalli l-pastarda u ħalliha tibred.

Farrak id-dada tal-ħaxix jew tat-tiġieġ f’bieqja. Żid bajda mħabbta, l-irkotta, it-tewma, is-semolina u roxx ftit bżar u melħ. Ħawwad flimkien. Farrak il-pastarda f’biċċiet  u żidha mat-taħlita u ħawwad mill-ġdid.

Iksi landa tal-forn fejn se taħmi t-torta u imliha bit-taħlita. Iksi l-wiċċ ukoll bl-għaġina.

Sajjar f’forn 180˚Ċ għal madwar 30-40 minuta sakemm tara li l-għaġina tkun ħmaret fil-wiċċ. Ħalliha tibred qabel taqsamha.