Riċetta ta’ Maria Pace
Ingredjenti
Għall-bażi
2 mgħaref coconut oil
16 tamar (dates) bla għadam
270g ġewż
2 mgħaref għasel
nitfa melħ
Għall-mili
240g cashew nuts. Ħalluhon jixxarrbu fl-ilma matul il-lejl
2 mgħaref għasel
2 kuċċarini essenza tal-vanilla
2 mgħaref meraq tal-lumi
250g lampuni (tistgħu tużaw tal-friża)
2mgħaref frak tal-coconut
Metodu
Għall-bażi ħallat l-ingredienti kollha f’mixer sakemm jagħqad kollox f’daqqa u ifrex f’taġen. Kif tlesti daħħal fil-freezer għal 30 minuta.
Għall-mili itfa’ l-ingredjenti kollha f’mixer iżda ħalli erba’ lampuni biex iżzejjen. Ħallat sakemm tifforma krema.
Oħroġ il-bażi mill-friża u poġġi l-mili fiha.
Ħalliha toqgħod għal siegħa fil-friġġ u żejjen bil-kumplament tal-lampuni u l-coconut.