Torta tal-laħam irtirata mis-suq

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku lit-Torta tal-Laħam tal-kumpanija Pasta Royale bid-data tal-aħjar qabel it-30 t’Ottubru 2014, m’għandiex tittiekel minħabba li fiha majjal li mhux iddikjarat.
Il-kumpanija li tipproduċi t-torta ġiet ordnata tirtira l-prodott mis-suq. Minħabba li xi prodotti jista’ jkun li diġà nxtraw, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni