Torta tal-kirxa

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Temperatura tal-forn 190C, Gas mark 5
Ingredjenti:

  • 400gr għaġina
  • Nofs kilo kirxa
  • 400gr basal
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 2 bajdiet
  • 2 imgħaref tursin
  • 2 imgħaref ġbejniet jew ġobon maħkuk

Metodu:
1. Sajjar il-basal ġo mgħarfa żejt.
2. Ħawwad u sajjar sakemm il-basla tirtab. Jekk jkun hemm bżonn żid 50ml ilma.
3. Niżżel minn fuq in-nar u ħallih jibred.
4. Ħu ftit aktar minn nofs l-għaġina u iftaħħa bil-lembuba biex tiksi l-qiegħ tat-turtiera.
5. Poġġi s-saff tal-basal fuq l-għaġina.
6. Fuq il-basal poġġi l-kirxa imqatta’ f’biċċiet żgħar.
7. Fi skudella ħabbat l-bajd u l-ġbejniet jew il-ġobon u żid it-tursin imqattgħa.
8. Ferra din it-tahlita fuq il-kirxa.
9. Ħu l-kumplament tal-għaġina u iftaħa bil-lembuba.
10. Gerbibha mal-lembuba u poġġiha fuq il-mili.
11. Agħfas it-trufijiet flimkien u aqta l-għaġina ż-żejda.
12. Taqqab il-wiċċ tal-għaġina f’żewg postijiet.
13. Sajjar l-għagina li tkun għażilt.
Għal aktar riċetti segwi l-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK