Torta tal-ispinaċi u ġobon Feta

Ingredjenti

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

2 rjus tat-tewm, mgħaffġa

1 basla żgħira, mqattgħa żgħira

100g ross

melħ

560g spinaċi tal-friża, iddifrostjata bl-ilma mneħħi kollu

1 bajda kbira, mħabbta

170g ġobon Feta, imfarrak

2 mgħaref xibt (dill)

4 mgħaref żbib

għaġina tat-torti jew sfiljurata

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ.

Saħħan iż-żejt f’taġen kbir u sajjar il-basal u t-tewm fuq nar moderat għal madwar 5 minuti.

Żid ir-ross u l-melħ. Ferragħ 240ml ilma, għatti t-taġen u sajjar sakemm jirtab ir-ross.

Neħħi l-għatu, żid ftit melħ u l-ispinaċi. Sajjar għal madwar 5 minuti oħra. Ħalli jiksaħ imbagħad żid il-bajda, il-ġobon Feta, ix-xibt u ż-żbib. Ħawwad tajjeb it-taħlita.

Lesti l-kontenitur fejn se ssajjar it-torta. Iksi l-ġnub u l-qiegħ bl-għaġina. Imla bit-taħlita tal-ispinaċi u l-ġobon u iksi l-wiċċ bil-kumplament tal-għaġina.

Aħmi għal madwar 40 minuta sakemm tara li l-wiċċ tat-torta ħa kulur dehbi.

Ma’ din it-torta tista’ sservi insalata tat-tadam.