Torta tal-brokkoli u l-kurrat bil-ġobon

Ingredjenti

500g kurrat, imqatta’ biċċiet

300g brokkoli, imqatta’ biċċiet

kilo u nofs patata, imqatta’ biċċiet

85g butir

170g jogurt plain

850ml ħalib

75g dqiq

2 kuċċarini mustard Ingliża

300g ġobon Cheddar, maħkuk

30g piżelli tal-friża

melħ u bżar

Metodu

Sajjar il-kurrat u l-brokkoli sakemm jirtabu.

Għalli l-patata u agħmilha maxx. Żid magħha l-melħ u l-bżar, 25g tal-mutir u l-jogurt.

Waqt li jkun qed isir il-ħaxix ferragħ l-ħalib f’kazzola, żid id-dqiq, il-mustarda u l-kumplament tal-butir. Saħħan fuq nar moderat sakemm ikollok taħlita lixxa ftit magħquda. Żid nofs il-ġobon u meħħi minn fuq in-nar.

Poġġi l-ħaxix fil-qiegħ ta’ dixx tal-forn u ferragħ fuqu t-taħlita tal-ħalib.

Poġġi l-patata maxx fil-wiċċ u fuqha ferrex il-ġobon.

Aħmi f’temperatura ta’ 180˚Ċ/200˚F għal madwar 50-55 minuta sakemm il-wiċċ isir dehbi sabiħ.