Torta bl-ikkapuljat tal-majjal

Ingredjenti

650g ikkapuljat tal-majjal

1 patata kbira

1 basla kbira mqattgħa rqiqa ħafna

nofs kuċċarina melħ

nofs kuċċarina bżar

nofs kuċċarina kannella

ponta ta’ kuċċarina msiemer tal-qronfol mitħun

ponta ta’ kuċċarina allspice

nofs kikkra ilma

għaġina tat-torti biżżejjed biex tiksi dixx ta’ 24ċm

1 bajda mħabbta

ponta ta’ kuċċarina paprika

Metodu

Għalli l-patata u għaffiġha.

Poġġi f’taġen il-patata, l-ikkapuljat, il-basla, l-ilma u l-ispices u sajjar fuq nar bati sakemm ikollok taħlita magħquda.

Iksi bl-għaġina d-dixx tal-forn fejn se ssajjar it-torta u imla fih it-taħlita tal-laħam. Għatti l-wiċċ bl-għaġina.

Ippinzella l-wiċċ bil-bajda mħabbta u jekk trid roxx il-paprika. Agħmel xi toqob fil-wiċċ tal-għaġina. Sajjar għal 50 minuta f’temperatura ta’ 175˚Ċ (350˚F).