Torres milqugħ tajjeb f’Milan

Daqs sagħtejn ilu wasal f’Milan l-aħħar akkwist tar-Rossoneri, l-Ispanjol eks Atletico Madrid, Liverpool u Chelsea, Fernando Torres.
El Nino li bl-Ispanjol tfisser tifel ċkejken, illum jgħodd 30 sena u ntlaqa’ ferm tajjeb mill-partitarji Milanisti.
Daqs 300 partitarju Milanist marru jilqgħuh fl-ajruport ta’ Malpensa f’Milan u hu deher kuntent ħafna bil-preżenza tagħhom.
Fl-ewwel kummenti tiegħu qal li jħossu onorat li se jilbes il-kuluri ħomor u suwed u jrid jwassal lil AC Milan fiċ-Champions League.
Huwa jaf sew l-istorja glorjuża tat-tim minn Milan u jixtieq ħafna li jferraħ lil partitarji ta’ dan it-tim.
Miegħu fit-tim se jkollu wċuh familjari bħal Alex, Essien u Diego Lopez.
Intant il-kampjonat Taljan tas-Serie A jibda b’żewġ logħbiet kbar.
Illejla fis-6pm Juventus jilagħbu barra minn darhom kontra Chievo Verona u fid-8:45pm fl-iStadio Olimpico Roma kontra Fiorentina.
Għada jkollna dawn il-logħbiet:
Fis-6pm
Atalanta vs Hellas Verona
Milan vs Lazio
Fid-8:45pm
Cesena vs Parma
Genoa vs Napoli
Palermo vs Sampdoria
Sassuolo Cagliari
Torino vs Inter
Udinese vs Empoli