Torres jilgħab l-aħħar logħba professjonali

L-Ispanjol u r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja Fernando Torres lagħab l-aħħar logħba professjonali tiegħu. L-eks plejer ta’ Atletico Madrid, Liverpool u Chelsea, li għandu 35 sena spiċċa l-karriera tiegħu mat-tim Ġappuniż Sagan Tosu.

Huma tilfu l-aħħar logħba li lagħab magħhom bl-iskor ta’ 6-1. It-tim ta’ kontrih kellu jilgħabu lil Andres Iniesta u David Villa. Iniesta kiteb ittra lil Torres fjen qal li kienet esperjenza sabiħha ħafna li ħadithom f’kull rokna tad-dinja.

B’kollox Torres lagħab 110 darbiet mat-Tim Nazzjonali Spanjol u rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2010, rebaħ ukoll Championships Ewropej fl-2008 u l-2012.