“Toroq vojta ma jfissirx li l-ispeed limit inbidel” – Il-Pulizija

Read in English.

Il-Korp tal-Pulizija sostna li mbilli t-toroq huma aktar vojta minn qabel, ma jfissirx li l-limiti tal-veloċità fit-toroq inbiddlu.

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Korp appella sabiex ħadd ma jpoġġi ħajjet ħaddieħor f’riskju b’sewqan eċċessiv.

Kmieni dalgħodu, il-membri tal-Korp tal-Pulizija bdew iduru fi spazji miftuħa u postijiet fejn is-soltu jiffrekwentaw ħafna nies fil-festi sabiex jassiguraw li ħadd ma jikser ir-regoli impost mill-avviżi legali b’rabta mal-COVID-19. Appellaw biex kull minn jara persuni jiksru dawn ir-regoli jċempel fuq 22944504 jew inkella 22944511.

Intant, huma spjegaw li filwaqt li ħafna jaf tiġihom it-tentazzjoni li joħorġu jiltaqgħu mal-ħbieb u l-familja u jinsew dak li qed jinsistu fuqu d-Dipartimenti tas-Saħħa, dan iż-żmien huwa ż-żmien fejn kulħadd għandu jieħu ħsieb xulxin billi jibqa’ ġewwa.

Intant, huma awguraw l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd. Qalu li dejjem hemm mod kif wieħed jista’ jiċċelebra din il-festa mal-qraba li jgħixu fl-istess dar miegħu u billi jagħmel telefonata lil dawk l-aktar qrib tiegħu.

Most streets are empty, traffic is different but the SPEED LIMIT is still the SAME – DO NOT risk lives by driving too…

Posted by The Malta Police Force on Saturday, April 11, 2020